"'L-Avventura ta' Ħajti' jippreżenta mod ġdid kif tħares lejn il-fidi Nisranija. Mhux biss tagħrif reliġjuż u informazzjoni imma ferm aktar minn hekk - esperjenza ta' ħajja mgħixa b'mod sħiħ. mod kif tilħaq il-potenzjal sħiħ tiegħek! Matul din is-sena se jkollok ċans li tqalleb fil-paġni ta' dan il-ktieb u ftit ftit tiskopri li r-reliġjon hija ferm aktar minn suġġett. Żgur li jekk tħallih, dan il-ktieb ser jgħinek f'din l-avventura li ma tispiċċa qatt - l-avventura ta' ħajtek." -- (Cover)
Commissioned and authorized by the National Catechetical Commission (Kummissjoni Kateketika Nazzjonali)
"F’dan il-ktieb tal-Ħames Sena tal-Primarja hemm mixja esplorattiva sħiħa li ħadd ma jista’ jagħmilha waħdu. Dan il-ktieb f’din il-fażi u età delikata tat-tfal, għandu jservi bħala għodda l-ewwel u qabel kollox biex immorru lil hinn minn kunċetti ta’ reliġjon individwalista, ta’ mixja waħdek intiża biss biex titgħallem dwar Alla daqslikieku lil Alla nistgħu niskopruh weħedna u nipposseduh. Kahlil Gibran, fil-Ktieb tiegħu ‘Il-Profeta’ jikteb li meta inti tħobb, tgħidx li hemm Alla f’qalbek, imma li inti qiegħed fil-qalb ta’ Alla. Għax il-mixja ta’ kull bniedem kif jarawha r-reliġjonijiet tista’ tgħid kollha hija proċess ta’ għarfien u esperjenza, imma fuq kollox hija l-iskoperta tal-imħabba u s-sabiħ anke fl-isfond tal-ikrah tal-ħajja." -- (Cover)
Commissioned and authorized by the National Catechetical Commission (Kummissjoni Kateketika Nazzjonali)