"Id-dinja ta' ġo fija hu vjaġġ ta' esplorazzjoni fid-dinja ċkejkna u kbira li kull wieħed u waħda minna nġorru ġewwa fina. Dan il-ktieb jistudja l-mixja tal-ħajja u l-eżistenza tal-bniedem, li jgħaddi minn esperjenzi differenti, uħud ta' saram, li jew jgħinuh jikber jew ifixkluh. L-għażliet fundamentali li nagħmlu huma dejjem il-pedament li fuqu tinbena l-ħajja u jintiseġ il-karattru personali tagħna. F'din in-nisġa, il-fidi tista' toffri perspettiva differenti ta' dak li jkun qed jigri. Il-fidi tbiddel il-viżjoni u l-perċezzjoni tal-ħajja, biex għalkemm l-ikrah ma jitlaqx għal kollox, il-ħajja tibqa' sabiħa u ta' min jgħixha b'mod sħiħ." -- (Cover)
Commissioned and authorized by the National Catechetical Commission (Kummissjoni Kateketika Nazzjonali)
"Wara li ż-żewġ kotba tal-ewwel sentejn fetħu quddiemna r-rigal tal-ħajja u s-sabiħ tad-dinja li ngħixu fiha, f’dan it-tielet ktieb li qed nippreżentaw joħroġ ċar is-sens ta’ komunità. Kull wieħed u waħda minna għandna sehem x’nagħtu biex l-ikrah u n-negattiv fil-ħajja ma jirbaħx." -- (Cover)
Commissioned and authorized by the National Catechetical Commission (Kummissjoni Kateketika Nazzjonali)
"Dan hu l-ewwel ktieb tar-Reliġjon f’serje twila li se takkumpanja lill-istudenti mill-ewwel sena tal-Primarja sal-aħħar sena tas-Sekondarja fl-edukazzjoni reliġjuża tagħhom. Bit-titlu ta’ dan il-ktieb, Il-Ħajja Rigal, ridna naffermaw li l-ħajja hi tassew rigal u li r-reliġjon, lil hinn minn ritwali u regoli, hija ċ-ċelebrazzjoni tal-ħajja u ta’ dak kollu li jagħmilha sabiħa. Anzi rridu nawguraw li t-tagħlim tar-reliġjon, f’rabta mill-qrib mas-suġġetti l-oħra li flimkien jinsġu l-proċess edukattiv f’pajjiżna, jgħin lill-istudenti tagħna fl-iskoperta ta’ dan ir-rigal li hu ħajjithom." -- (Cover)
Commissioned and authorized by the National Catechetical Commission (Kummissjoni Kateketika Nazzjonali)