"Dan hu l-ewwel ktieb tar-Reliġjon f’serje twila li se takkumpanja lill-istudenti mill-ewwel sena tal-Primarja sal-aħħar sena tas-Sekondarja fl-edukazzjoni reliġjuża tagħhom. Bit-titlu ta’ dan il-ktieb, Il-Ħajja Rigal, ridna naffermaw li l-ħajja hi tassew rigal u li r-reliġjon, lil hinn minn ritwali u regoli, hija ċ-ċelebrazzjoni tal-ħajja u ta’ dak kollu li jagħmilha sabiħa. Anzi rridu nawguraw li t-tagħlim tar-reliġjon, f’rabta mill-qrib mas-suġġetti l-oħra li flimkien jinsġu l-proċess edukattiv f’pajjiżna, jgħin lill-istudenti tagħna fl-iskoperta ta’ dan ir-rigal li hu ħajjithom." -- (Cover)
Commissioned and authorized by the National Catechetical Commission (Kummissjoni Kateketika Nazzjonali)
"Ir-Reliġjon bħala suġġett ta’ studju fl-iskofla sikwit jieħu bixra ta’ suġġett ta’ storja għaliex jirrakkonta stejjer li ġraw fil-passat u li aħna b’xi mod għadna nħossuhom rakkonti marbuta mill-qrib mal-kultura li tiffurmana. Hu veru li fil-mixja ta’ fidi tagħna hemm rakkonti fl-istorja li jibqgħu dejjem punti ta’ riferiment f’kull żmien. Imma hu daqstant ieħor veru li r-reliġjon, kif joħroġ ċar minn dan il-ktieb tas-sitt sena tal-Primarja, hi storja li tkompli, storja li għadha qed tiżvolġi ruħha fil-ħajja tal-umanità." -- (Cover)
Commissioned and authorized by the National Catechetical Commission (Kummissjoni Kateketika Nazzjonali)
"L-iskop ta’ dan il-programm: Dan il-programm kurrikulari jindirizza l-problemi ta’ dawk l-istudenti li għandhom diffikultajiet biex jitgħallmu. Huwa importanti għall-għalliem tal-Istorja li jagħmel l-aħjar li jista` biex jgħin studenti bħal dawn. Għalhekk l-esperjenzi ta’ tagħlim għandhom jinkludu xogħol li jkun tal-livell tal-istudenti u li jiġġenera l-interess fihom. Dan ix-xogħol għandu jkun qasir, relevanti u varjat u jista’ jsir fil-ħin limitat li jkollu l-għalliem. Huwa importanti li lmiri tiegħu jistgħu jintlaħqu mill-istudenti." -- (Page 1)
"'L-Avventura ta' Ħajti' jippreżenta mod ġdid kif tħares lejn il-fidi Nisranija. Mhux biss tagħrif reliġjuż u informazzjoni imma ferm aktar minn hekk - esperjenza ta' ħajja mgħixa b'mod sħiħ. mod kif tilħaq il-potenzjal sħiħ tiegħek! Matul din is-sena se jkollok ċans li tqalleb fil-paġni ta' dan il-ktieb u ftit ftit tiskopri li r-reliġjon hija ferm aktar minn suġġett. Żgur li jekk tħallih, dan il-ktieb ser jgħinek f'din l-avventura li ma tispiċċa qatt - l-avventura ta' ħajtek." -- (Cover)
Commissioned and authorized by the National Catechetical Commission (Kummissjoni Kateketika Nazzjonali)
"F’dan il-ktieb tal-Ħames Sena tal-Primarja hemm mixja esplorattiva sħiħa li ħadd ma jista’ jagħmilha waħdu. Dan il-ktieb f’din il-fażi u età delikata tat-tfal, għandu jservi bħala għodda l-ewwel u qabel kollox biex immorru lil hinn minn kunċetti ta’ reliġjon individwalista, ta’ mixja waħdek intiża biss biex titgħallem dwar Alla daqslikieku lil Alla nistgħu niskopruh weħedna u nipposseduh. Kahlil Gibran, fil-Ktieb tiegħu ‘Il-Profeta’ jikteb li meta inti tħobb, tgħidx li hemm Alla f’qalbek, imma li inti qiegħed fil-qalb ta’ Alla. Għax il-mixja ta’ kull bniedem kif jarawha r-reliġjonijiet tista’ tgħid kollha hija proċess ta’ għarfien u esperjenza, imma fuq kollox hija l-iskoperta tal-imħabba u s-sabiħ anke fl-isfond tal-ikrah tal-ħajja." -- (Cover)
Commissioned and authorized by the National Catechetical Commission (Kummissjoni Kateketika Nazzjonali)
"This syllabus is based on the curriculum principles outlined in the the National Curriculum Frameworkfor All (NCF) which was translated into law in 2012 and designed using the Learning Outcomes Framework that identify what students should know and be able to do by the end of compulsory education. It is linked to the national curriculum learning area Humanities Education and builds on the knowledge and skills students have acquired previously in the Primary years of schooling." -- Introduction