"L-iskop ta’ dan il-programm Dan il-programm kurrikulari jindirizza l-problemi ta’ dawk l-istudenti li għandhom diffikultajiet biex jitgħallmu. Huwa importanti għall-għalliem tal-Istorja li jagħmel l-aħjar li jista` biex jgħin studenti bħal dawn. Għalhekk l-esperjenzi ta’ tagħlim għandhom jinkludu xogħol li jkun tal-livell tal-istudenti u li jiġġenera l-interess fihom. Dan ix-xogħol għandu jkun qasir, relevanti u varjat u jista’ jsir fil-ħin limitat li jkollu l-għalliem. Huwa importanti li lmiri tiegħu jistgħu jintlaħqu mill-istudenti.." -- (Page 1)
"F’dan il-ktieb tal-Ħames Sena tal-Primarja hemm mixja esplorattiva sħiħa li ħadd ma jista’ jagħmilha waħdu. Dan il-ktieb f’din il-fażi u età delikata tat-tfal, għandu jservi bħala għodda l-ewwel u qabel kollox biex immorru lil hinn minn kunċetti ta’ reliġjon individwalista, ta’ mixja waħdek intiża biss biex titgħallem dwar Alla daqslikieku lil Alla nistgħu niskopruh weħedna u nipposseduh. Kahlil Gibran, fil-Ktieb tiegħu ‘Il-Profeta’ jikteb li meta inti tħobb, tgħidx li hemm Alla f’qalbek, imma li inti qiegħed fil-qalb ta’ Alla. Għax il-mixja ta’ kull bniedem kif jarawha r-reliġjonijiet tista’ tgħid kollha hija proċess ta’ għarfien u esperjenza, imma fuq kollox hija l-iskoperta tal-imħabba u s-sabiħ anke fl-isfond tal-ikrah tal-ħajja." -- (Cover)
Commissioned and authorized by the National Catechetical Commission (Kummissjoni Kateketika Nazzjonali)