"Ir-Reliġjon bħala suġġett ta’ studju fl-iskofla sikwit jieħu bixra ta’ suġġett ta’ storja għaliex jirrakkonta stejjer li ġraw fil-passat u li aħna b’xi mod għadna nħossuhom rakkonti marbuta mill-qrib mal-kultura li tiffurmana. Hu veru li fil-mixja ta’ fidi tagħna hemm rakkonti fl-istorja li jibqgħu dejjem punti ta’ riferiment f’kull żmien. Imma hu daqstant ieħor veru li r-reliġjon, kif joħroġ ċar minn dan il-ktieb tas-sitt sena tal-Primarja, hi storja li tkompli, storja li għadha qed tiżvolġi ruħha fil-ħajja tal-umanità." -- (Cover)
Commissioned and authorized by the National Catechetical Commission (Kummissjoni Kateketika Nazzjonali)
"L-iskop ta’ dan il-programm Dan il-programm kurrikulari jindirizza l-problemi ta’ dawk l-istudenti li għandhom diffikultajiet biex jitgħallmu. Huwa importanti għall-għalliem tal-Istorja li jagħmel l-aħjar li jista` biex jgħin studenti bħal dawn. Għalhekk l-esperjenzi ta’ tagħlim għandhom jinkludu xogħol li jkun tal-livell tal-istudenti u li jiġġenera l-interess fihom. Dan ix-xogħol għandu jkun qasir, relevanti u varjat u jista’ jsir fil-ħin limitat li jkollu l-għalliem. Huwa importanti li lmiri tiegħu jistgħu jintlaħqu mill-istudenti.." -- (Page 1)
"Id-dinja ta' ġo fija hu vjaġġ ta' esplorazzjoni fid-dinja ċkejkna u kbira li kull wieħed u waħda minna nġorru ġewwa fina. Dan il-ktieb jistudja l-mixja tal-ħajja u l-eżistenza tal-bniedem, li jgħaddi minn esperjenzi differenti, uħud ta' saram, li jew jgħinuh jikber jew ifixkluh. L-għażliet fundamentali li nagħmlu huma dejjem il-pedament li fuqu tinbena l-ħajja u jintiseġ il-karattru personali tagħna. F'din in-nisġa, il-fidi tista' toffri perspettiva differenti ta' dak li jkun qed jigri. Il-fidi tbiddel il-viżjoni u l-perċezzjoni tal-ħajja, biex għalkemm l-ikrah ma jitlaqx għal kollox, il-ħajja tibqa' sabiħa u ta' min jgħixha b'mod sħiħ." -- (Cover)
Commissioned and authorized by the National Catechetical Commission (Kummissjoni Kateketika Nazzjonali)
"Dan hu l-ewwel ktieb tar-Reliġjon f’serje twila li se takkumpanja lill-istudenti mill-ewwel sena tal-Primarja sal-aħħar sena tas-Sekondarja fl-edukazzjoni reliġjuża tagħhom. Bit-titlu ta’ dan il-ktieb, Il-Ħajja Rigal, ridna naffermaw li l-ħajja hi tassew rigal u li r-reliġjon, lil hinn minn ritwali u regoli, hija ċ-ċelebrazzjoni tal-ħajja u ta’ dak kollu li jagħmilha sabiħa. Anzi rridu nawguraw li t-tagħlim tar-reliġjon, f’rabta mill-qrib mas-suġġetti l-oħra li flimkien jinsġu l-proċess edukattiv f’pajjiżna, jgħin lill-istudenti tagħna fl-iskoperta ta’ dan ir-rigal li hu ħajjithom." -- (Cover)
Commissioned and authorized by the National Catechetical Commission (Kummissjoni Kateketika Nazzjonali)
"This syllabus is based on the curriculum principles outlined in the the National Curriculum Frameworkfor All (NCF) which was translated into law in 2012 and designed using the Learning Outcomes Framework that identify what students should know and be able to do by the end of compulsory education. It is linked to the national curriculum learning area Humanities Education and builds on the knowledge and skills students have acquired previously in the Primary years of schooling." -- Introduction