"Dan huwa ktieb ċkejken u prezzjuż, li bi kliem sempliċi, ċar u kkulurit, jgħin lit-tfal jifhmu aħjar il-misteru taċ-Ċelebrazzjoni Ewkaristika." -- (Cover)
Copyright Edizione San Paolo, 2009, Cinisello Bolzano (MI)
"Wara li ż-żewġ kotba tal-ewwel sentejn fetħu quddiemna r-rigal tal-ħajja u s-sabiħ tad-dinja li ngħixu fiha, f’dan it-tielet ktieb li qed nippreżentaw joħroġ ċar is-sens ta’ komunità. Kull wieħed u waħda minna għandna sehem x’nagħtu biex l-ikrah u n-negattiv fil-ħajja ma jirbaħx." -- (Cover)
Commissioned and authorized by the National Catechetical Commission (Kummissjoni Kateketika Nazzjonali)
"L-iskop ta’ dan il-programm: Dan il-programm kurrikulari jindirizza l-problemi ta’ dawk l-istudenti li għandhom diffikultajiet biex jitgħallmu. Huwa importanti għall-għalliem tal-Istorja li jagħmel l-aħjar li jista` biex jgħin studenti bħal dawn. Għalhekk l-esperjenzi ta’ tagħlim għandhom jinkludu xogħol li jkun tal-livell talistudenti u li jiġġenera l-interess fihom. Dan ix-xogħol għandu jkun qasir, relevanti u varjat u jista’ jsir fil-ħin limitat li jkollu l-għalliem. Huwa importanti li l-miri tiegħu jistgħu jintlaħqu millistudenti." -- (Page 1)
"Dan hu l-ewwel ktieb tar-Reliġjon f’serje twila li se takkumpanja lill-istudenti mill-ewwel sena tal-Primarja sal-aħħar sena tas-Sekondarja fl-edukazzjoni reliġjuża tagħhom. Bit-titlu ta’ dan il-ktieb, Il-Ħajja Rigal, ridna naffermaw li l-ħajja hi tassew rigal u li r-reliġjon, lil hinn minn ritwali u regoli, hija ċ-ċelebrazzjoni tal-ħajja u ta’ dak kollu li jagħmilha sabiħa. Anzi rridu nawguraw li t-tagħlim tar-reliġjon, f’rabta mill-qrib mas-suġġetti l-oħra li flimkien jinsġu l-proċess edukattiv f’pajjiżna, jgħin lill-istudenti tagħna fl-iskoperta ta’ dan ir-rigal li hu ħajjithom." -- (Cover)
Commissioned and authorized by the National Catechetical Commission (Kummissjoni Kateketika Nazzjonali)
"'L-Avventura ta' Ħajti' jippreżenta mod ġdid kif tħares lejn il-fidi Nisranija. Mhux biss tagħrif reliġjuż u informazzjoni imma ferm aktar minn hekk - esperjenza ta' ħajja mgħixa b'mod sħiħ. mod kif tilħaq il-potenzjal sħiħ tiegħek! Matul din is-sena se jkollok ċans li tqalleb fil-paġni ta' dan il-ktieb u ftit ftit tiskopri li r-reliġjon hija ferm aktar minn suġġett. Żgur li jekk tħallih, dan il-ktieb ser jgħinek f'din l-avventura li ma tispiċċa qatt - l-avventura ta' ħajtek." -- (Cover)
Commissioned and authorized by the National Catechetical Commission (Kummissjoni Kateketika Nazzjonali)